
The Tower of Babel (Genesis 11: 1-9)
Malti (Maltese)
Il-Bibbja (2004)
- U l-art kollha kienet ilsien wieħed u kliem wieħed.
- Meta l-bnedmin telqu mil-lvant sabu wita f’art Singħar u baqgħu hemm.
- U qalu wieħed lil ieħor: “Ejjew nagħmlu l-madum u naħmuh sewwa!” U l-madum kienu jużawh flok il-ġebel, u l-qatran flok it-tajn.
- U reġgħu qalu: “Ejjew nibnu belt għalina, u torri, bil-quċċata tiegħu tilħaq is-smewwiet, u nagħmlu isem għalina, ħalli ma nixterdux mal-wiċċ kollu ta’ l-art.”
- U l-Mulej niżel jara l-belt u t-torri li kienu qegħdin jibnu l-bnedmin.
- U l-Mulej qal: “Arahom, poplu wieħed u lsien wieħed għalihom ilkoll. U dan għadu l-bidu ta’ xogħolhom; issa kull ma jiġihom f’rashom xejn ma jaqtgħalhom qalbhom!
- Ejja, ħa ninżlu u nħabblulhom ilsienhom, ħalli ma jifhmux ilsien xulxin.”
- U l-Mulej xerridhom minn hemm għal fuq wiċċ l-art kollha, u waqfu mill-bini tal-belt.
- Għalhekk bdew isejjħulha Babel, għax hemm ħawwad il-Mulej ilsien l-art, u minn hemm xerridhom il-Mulej mal-wiċċ kollu ta’ l-art.
Information about the Maltese language
Maltese language learning materials
Tower of Babel in related languages
Amharic,
Arabic,
Aramaic,
Hausa,
Hebrew,
Maltese,
Syriac,
Tamasheq,
Tigrinya
Tower of Babel in other languages
Tower of Babel in other languages